Назад

Ir-Russja U T-Tieni Gwerra Dinjija (kitba Ta' Vladimir Malygin, Ambaxxatur Tal-Federazzjoni Russa F'Malta, Kullhadd, Sunday, May 10, 2015)

 

Ir-Russja U T-Tieni Gwerra Dinjija

Kitba Ta' Vladimir Malygin, Ambaxxatur Tal-Federazzjoni Russa F'Malta 

Kullhadd, Sunday, 10 May 2015

 

Din is-sena qed jigi ccelebrat s-sebghin anniversarju tar-rebha fuq l-aktar gwerra kiefra u mdemmija tas-seklu ghoxrin: it-Tieni Gwerra Dinjija.

Fir-Russja jsejhulha l-Gwerra Patrijottika l-Kbira, biex jirreferu ghall-gwerra bejn L-Unjoni Sovjetika u l-Germanja Nazista u l-alleati taghha li sehhet bejn it-22 ta' Gunju tal-1941 u d-9 ta' Mejju tal-1945 u li ntemmet f'rebha f'kull qasam li jinkludi dak militari, politiku, ekonomiku u ideologiku tal-Unjoni Sovjetika.

Din ir-rebha kellha tifsira deciziva fir-rizultat tat-Tieni Gwerra Dinjija, li spiccat ftit xhur wara, f'Settembru tal-1945.

Kontribuzzjoni deciziva

Wiehed ma jistax ma jsemmix il-fatt tal-kontribuzzjoni deciziva tal-poplu Sovjetiku fir-rebha fuq in-Nazizmu. Kienet l-Unjoni Sovjetika li assorbiet l-impatt tal-invazjoni Nazizta, li mbaghad ghenet biex tkun bhala skud biex ma jkomplix jinxtered id-dominju tal-Faxxizmu fid-dinja.

Tliet kwarti tal-forzi armati Germanizi gew meghluba fuq il-front bejn il-Germanja u dak Sovjetiku. L-Armata Sovjetika lliberat kompletament jew parzjalment numru ta' pajjizi fosthom ir-Rumanija, il-Polonja, il-Bulgarija, l-Ungerija, regjuni tal-Lvant tal-Jugoslavja, l-Awstrija, il-Germanja, ic-Cekoslovakkja, in-Norvegja, id-Danimarka u l-provincji fic-Cina u l-Korea u kkonkwistat Berlin.

Fl-istess hin, pajjizna hallas qares ghar-rebha. Il-hsara li garrbet l-Unjoni Sovjetika kienet akbar mill-hsara tal-pajjizi Ewropej l-ohra kollha.

It-telf totali demografiku jlahhaq mas-27 miljun persuna. Dan l-ammont huwa d-dopju ta' dak tal-Germanja u hafna aktar mill-ammont ta' mwiet li garrbet Franza (635,99 persuna) , l-Istati Uniti (405,000) u r-Renju Unit (350,000).

Sehem kollettiv

Din ir-rebha setghet isehh biss bis-sehem kolletiv minn dawk kollha li hadmu fil-glieda kontra n-Nazizmu mill-forzi kollha tal-Alleati. Infakkru l-ghajnuna li rcivejna mill-alleanzi taghna. Perezempju, bil-hekk imsejha ‘lend-lease policy', li l-Istati Uniti ssupplixxiet lill-Unjoni Sovjetika u pajjizi ohra b'ikel, zejt u taghmir militari.

Malta wkoll tat sehem sinifikanti u prominenti ghal din ir-rebha. Il-battalja ghal Malta hija maghrufa bhala wahda mill-aktar operazzjonijiet difensivi u strategici ta' kull zmien. Imma mhuwiex maghruf bizzejjed il-fatt li r-rebha f'Malta fl-1943 kienet marbuta indirettament mal-Battalja ta' Stalingrad.

Wara li l-Germanizi gew meghluba hemmhekk, kellhom jirtiraw hafna mill-forzi militari taghhom mill-Punent, inkluz dawk mill-forza militari li kienu impenjati fil-glied kontra Malta, biex gew mibghuta fil-front tal-Lvant.

Wiehed ghandu dejjem jiftakar li r-rebha f'din il-gwerra razznet lin-Nazisti - li kienu jhaddnu twemmin favur ir-razzizmu u l-anti-Semitizmu li rrizulta fl-olokawst - milli jxerrdu l-ideologiji taghhom mal- erba' rjih tad-dinja.

Dawn kienu bil-miftuh u pubblikament ihabbru l- ghan taghhom li jeliminaw gruppi shah etnici: Lhud u Roma, kif ukoll il-bicca l-kbira tal-poplu Slav. Huwa fatt li l-hidma taghhom ikkawzat l-eliminazzjoni ta' 100% tar-Russi, 95% tal-Polakki, 70% ta' nies mill-Latvja, 85% mil-Lituanja , 50% mill-Francizi u c-Ceki.

Ir-rebha fuq in-Nazi tibqa' lezzjoni rilevanti ghad-dinja tal-lum, meta naraw u nisimghu b'nies li qed jippruvaw jergghu jqajmu din l-ideologija orribli biex jergghu jiktbu l-istorja.

Neo-Nazizmu li qed jerga' jimmanifesta ruhu

Skont l-ahhar rapport mill-Ministeru tal-Affarijiet Barranin Russu, huwa fatt attwali li manifestazzjonijiet ta' razzizmu, estremizmu vjolenti, aggressjoni nazzjonali u neo-Nazizmu qed jergghu jqumu f'diversi partijiet tad-dinja.

Izda huwa difficli biex tispjega ghaliex. Xi esperti jwahhlu fiz-zieda ta' instabbiltà u nuqqas ta' sigurtà, kif ukoll ghall-ghan ta' certu pajjizi li jiddistabbilizzaw stati jew regjuni ohra biex jiggwadanjaw l-ghanijiet geopolitici taghhom.

Ghal aktar minn ghoxrin sena sehhew marci ta' protesta minn veterani tal-Waffen SS li kkollaboraw ma' Hitler, f'pajjiz membru tal-Unjoni Ewropea: il-Latvja.

Avvenimenti simili jigu organizzati fl-Estonja, il-Litwanja, il-Bulgarija, Franza, in-Norvegja, l-Istati Uniti u l-Kanada.

Forsi l-aktar ezempju ricenti u car ta' neo-Nazizmu huwa dak li nistghu naraw fl-Ukraina. It-trasformazzjoni ta' pajjiz, fejn il-poplu garrab telfiet kbar fil-gwerra, fejn tant ommijiet, nisa u tfal gew ittorturati min- Nazi u fejn missirijiet u missier missirijiethom iggieldu mal-Armata Sovjetika; fi stat fejn formazzjonijiet ta' neo-Nazizmu ezistenti llum m'ghandhomx spjegazzjoni.

Jien ninsab konvint li x-xoghol kontinwu biex jahdem kontra kull attentati biex jigglorifikaw in-Nazizmu, kif ukoll kull tip ta' manifestazzjoni ta' razzizmu, ksenofobija, nazzjonalizmu aggressiv u patrijotizmu estrem ghandu jibqa' l-attenzjoni principali tal-komunità internazzjonali.

Illum il-gurnata ghandna niehdu lezzjoni mit-tragedji tal-imghoddi. L-umanità ghandha dejjem izzomm f'mohhha u tiftakar fil-konsegwenzi terribbli ta' attentati biex tigi stabbilita d-dominanza globali, it-twemmin fl-individwu, imgieba bla skrulpi biex wiehed jakkwista l-ghanijiet dubjuzi tieghu u jinjora r-regoli tal-ligi u l-moralità.

Sigurtà vera ghandha tkun uniformi u mhux mifruda, ibbazata kemm fuq il-ligi internazzjonali, ir-irwol tan-Nazzjonijiet Uniti u t-tfittxija kollettiva ghas-soluzzjonijiet, ghall-isfidi u t-theddid varji tal-lum.