Назад

Il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu (L-Ambaxxatur Russu Vladimir Malygin, "Il-Mument", 15 ta" Novembru, 2015)

Il-Ġlieda Kontra t-Terroriżmu

L-Ambaxxatur Russu Vladimir Malygin ("Il-Mument", 15 ta" Novembru, 2015)

 

L-attakki li ġew riċentament mnedija mill-forzi tad-difiża tal-ajru Russa fis-Sirja kontra L-Istat Iżlamiku (ISIS) u gruppi terroristiċi oħra ħolqot magħha pretest għal kampanja ta’ propoganda irresponsabbli u aggressiva kontra r-Russja, propoganda mimlija preġudizzji, miti u anki xi drabi gideb sfaċċat. Hawnhekk ser nipprova nanalizza dak li hu veru u dak li mhuwiex.

Sfortunatament, ir-Russja ilha familjari mat-terrorżimu internazzjonali għal ħafna snin. Reċentement, bħal kull pajjiż ieħor fid-dinja, pajjiżna safa` il-mira ta’ xi attakki terroristiċi li kienu kemm brutali u kif ukoll fatali.

Għalhekk, m’għandiex tkun sorpriża li l-kwistjoni tal-ġlieda kontra t-terroriżmu saret minnufih u baqgћet priorita` għall-politika interna u barranija tar-Russja.

Id-deċiżjoni meħuda biex isiru attakki mill-ajru kontra il-gruppi terroristiċi ġos-Sirja ittieħdet wara li saret talba uffiċjali mill-gvern leġitimu tar-Repubblika Arbija Sirjana u li skop huwa li tiġi eliminata in-niċċa tat-terroriżmu minn dan il-pajjiż. Imma l-għan ewlieni jibqa l-istess, dak li jiġi iffaċilitat qbil politiku f’dan il-pajjiż, taħt il-ħarsien tan-Nazzjonijiet Uniti, kif ġie ipprovdut mill- komunikat ta’ Ġenevra tat-30 ta’ Ġunju 2012. F’dan il-qafas wieħed għandu jqis li l-azzjonijiet kollha tar-Russja ġos-Sirja jikkonformaw mal-Chartertan-Nazzjonijiet Uniti u mal-prinċipji fundamentali tal-Liġi Internazzjonali.

Hawn wieħed jista` jara d-differenza prinċipali tal-interventi militari tal-pajjiżi l-oħra kollha ġos-Sirja – l-azzjonijiet tagħhom huma illegali għax la hemm xi resoluzjoni tal-Kunsill tas-Sigurta` tan-Nazzjonijiet Uniti għal dawn l-operazzjonijiet u lanqas xi talba ufficjali minn għand l-awtoritajiet Sirjani. Barra minn hekk, il-forża ta’ koalizjoni imexxija mill-Istati Uniti ġo s-Sirja uriet li m’hijiex effetiva – għal xi raġuni wara sena ta’ attakki mill-ajru kemm in-numru ta’ terroristi kif ukoll in-numru u l-iskala ta’ kriminalita` kibru.

Anki qabel ma wieħed kien jaf li l-attaki mill-ajru bdew, il-medja tal-punent kienet diġa bdiet toħrog b’diversi ħrejjef.

Waħda minnhom kienet li flok lill-ISIS ir-Russja kienet qed tattakka l-“oppozizzjoni moderata” u anke “toqtol persuni mill-popolazzjoni ċivili, inklużi tfal. Dawn ir-rapporti jiġu attribwiti lil sorsi anonimi minn aġenziji tal-gvern ta’ xi pajjiżi. B’hekk ikun diffiċli li taħseb li huma frott ta’ invenzjoni li hi ‘l bogħod mill verita`.

Il-forza militari Russa fl-ajru ġos-Sirja qed tiġġieled biss lit-terroristi internazzjonali, membri ta’ organizzazjonijiet terroristiċi u dawk li qed jgħinuhom u komplici magħhom. Il-miżuri kollha li qed jittieħdu m’humiex azzjonijiet spontanji iżda huma pjanijiet ta’ implementazzjoni ippreparati minn qabel u rriżultat ta’ xoghol preliminari, ġbir u analażi ta’ informazzjoni. Wieħed ma jistax jinsa li l-Ministeru tad-Difiża Russa jiprovdi regoralment informazzjoni komprensiva fuq l-andament tal-operazzjonijiet militari tagħha u fuq siti li jintlaqtu.

Dawk li m’humiex terroristi u dawk li ma jikolaborawx jew jassistu fl-azzjonijiet ta’ organizzazjonijiet terroristiċi, m’għandhomx għalfejn jibżgħu. Bil-kuntrarju, ir-Russja - u dan aħna ilna nisqugħ ma’ Aġenziji differenti u fuq livelli differenti, stiednet lil kulħadd biex jaħdmu flimkien.

Wieħed ma jistax ma jsemmiex li r-Russja saqsiet ukoll lil pajjiżi tal- punent għal informazzjon dwar siti li huma jaħsbu li għandhom jatakkaw jew ma jatakkawx, imma dwar dan ma rċievet l’ebda risposta għax l-awtoritajiet qalu li m’humiex preparati biex jaħdmu flimkien f’dak il livell.

Il-mistoqsija li sa llum għad mhix imwieġba hija għaliex l-Istati Uniti u l-aleati tagħha jirrifjutaw jaħdmu u jikkooperaw magħna u mal-armata Sirjana fil-ġlieda kontra t-terrorimu?

Ħrafa oħra hija li r-Russja qed tippjana operazzjonijet tal-art fis-Sirja.

L-awtoritajiet għolja Russi, inklużi l-President, il-Ministri tal-Affarijiet Barranin u Difiża qalu kemm il-darba li l-użu tal-forzi armati Russi fl-art fis-Sirja m’hijiex konsiderazzjoni. Minflok aħna qed nikoordinaw l-azzjonijiet tagħna mal-armata Sirjana li qegħda tiġġieled l-ISIS minn fuq l-art.

Fl-laqgħat sussidjarji li saru riċenti waqt l-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti huwa ċar li ħafna pajjiżi jaqblu ma’ l-azzjonijiet meħuda mir-Russja. Dan nifmuh għax ħadd m’huwa favur “Kalifat” estremist li ma jarafx u ma jimxix mal-liġi internazzjonali, konfini tal-Istat u valuri taċ-ċivilazzjoni moderna. Minħabba din it-tehdida, la r-Russja, la l-Ewropa u lanqas pajjiżi ta’ kontinenti oħra ma jistgħux iħossuhom trankwilli minn din it-tehdida.

Aħna nemmnu li l-ġlieda kontra t-terrorizmu għandha tkompli dejjem fuq il-bażi tal-liġi internazzjonali u mal-Kunsill tas-Sigurta’ tan-Nazzjonijiet Uniti li għandu jkollu rwol prinċipali.

Għalhekk aħna qed nitolbu li jkun hawn front wiesa’ kontra t-terroriżmu li jgħaqqad lil dawk kollha li jiggieldu lil ISIS u gruppi terroristiċi oħra u jgħinu biex inwaqfu it-tkabbir fil-kriżi fis-Sirja.